L-attur lokali Jurgen Ciantar għadu kemm temm kapitlu speċjali għalih, hekk kif ħadem l-aħħar titjira tiegħu mal-linja nazzjonali KM Malta Airlines.
Din l-aħħar titjira kienet waħda speċjali, hekk kif kienet qed iġġorr lit-tim nazzjonali Malti, u b’hekk tat tifsira aktar speċjali lil dan il-mument memorabbli għal Jurgen.
Il-kaptan tat-tim nazzjonali, Matthew Guillaumier, ippreżenta lil Jurgen flokk tat-tim iffirmat mill-plejers kollha – ġest sabiħ li ġie milqugħ b’applaws mill-ekwipaġġ u mill-plejers preżenti. Dan it-tribut kien sinjal ċar tal-apprezzament u r-rispett li kiseb matul il-karriera tiegħu.
Jurgen qasam erba’ kelmiet biex jesprimi kemm ser jibqa’ grat lejn din l-esperjenza.
“10 snin, għadd kbir ta’ titjiriet, u memorji li dejjem se nġorr miegħi. Ninsab grat għan-nies, għal-lezzjonijiet, u għall-vjaġġi ma’ Air Malta u l-KM Malta Airlines.”
Nawgurawlek ħafna suċċessi Jurgen! Prosit tal-ħidma b’dedikazzjoni u professjonali tiegħek!
Facebook/ Jurgen Ciantar