Joe Julian Farrugia, l-awtur u preżentatur ta’ Bonġu Kafe fuq Rajdu Malta qasam dak li ddeċieda li jagħmel ħdax-il sena ilu. Fuq il-midja soċjali tiegħu hu kiteb, “11-il sena ilu bħal-lum tlaqtek u ma rridekx… fejn narak naħarbek ja sigarett.”
Huwa fatt magħruf li s-sigaretti mhux tajbin għas-saħħa ta’ dak li jkun u ħafna jagħmlu sforz sabiex jaqgħtu dan il-vizzju li barra li mhux tajjeb għal bniedem, jispiċċa jiswilu ħafna flus ukoll! Joe Julian rebaħ fuq dan il-vizzju u ma jħarisx lura minn dakinhar.
Hu jaqsam dan l-anniversarju mas-segwaċi tiegħu. Anniversarju li taf ikun ta’ spirazzjoni għal nies oħra li qed jipprovaw jaqgħtu dan il-vizzju.