Ħdax-il sena ilu, id-dinja waqfet maħsuda bl-aħbar li ħalla d-dinja l-artista mondjali Michael Jackson. Angie Laus tista’ tgħid hija waħda mill-akbar fans kbar tiegħu. Kull min xi darba jew oħra segwa l-programmi ta’ Angie Laus jaf kemm hi ffissata bl-ikrah fuq dan l-artist u l-mużika ċelebri tiegħu.
Ma setax jonqos li llum, proprju fil-jum li ħalla d-dinja tfakkar il-memorja tiegħu. Kienu ħafna li nħasdu li ġa għaddew ħdax-il sena minn meta Michael Jackson ħalla lil din id-dinja. Maria Muscat La Barokka fuq l-istatus ta’ Angie kitbet, “L-aqwa artist fid-dinja. Nimmissjah. It-tfulija u l-adolexxenza tiegħi kienu aħjar grazzi għall-mużika tiegħu.”

Ritratt: Facebook / Angie Laus
Ħafna huma dawk li jiddsikrevuh b’dan il-mod. Liema kanzunetta minn tiegħu kienet l-aktar favorita?