Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Malta rreġistrat 110 każijiet ġodda tal-Covid-19 wara li saru 2,345 swabs fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 161 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 6,049 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 2,097. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 8,247 każ u wettqet 388,665 test.