12-Il Kanzunetta Jaslu Għall-Finali Tal-Malta Eurovision Song Contest Li Se Jsir Għada 17 Ta’ Jannar

Wara ġimgħat ta’ ħidma intensiva mill-artisti, ġimgħa rehearsals fuq il-palk u semifinali li spiċċat fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, 12-il kanzunetta għamluha għall-finali ta’ għada s-Sibt 17 ta’ Jannar. Dawn se jikkompetu għall-unur li jirrappreżentaw lil Malta fil-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena.



  • Achikuku (Don’t Think About It) – Ema
  • Brutality Mentality – Matthew & The After Party
  • Trophy – Denise
  • Let A Girl Breathe – Kelsie Borg
  • Bella – AIDAN
  • Nerġa’ Nqum – Adria Twins
  • Mumenti Sbieħ – Mark Anthony Bartolo
  • Univers – Janice Mangion
  • Ejja Lejja Ħdejja ‘L Hawn (The Flute) – Matt BLXCK
  • Ganador – Nathan Psaila
  • My Sweet Angel – Mychael Bartolo Chircop
  • Guide You Home – Franklin Calleja

Il-finali ta’ għada se tlaqqa’ flimkien varjetà ta’ stili mużikali, minn pop kontemporanju u ballads emozzjonali sa ħsejjes aktar moderni u sperimentali. Dan jagħmel is-serata waħda diffiċli biex wieħed ibassar ir-rebbieħ, hekk kif kull kanzunetta għandha l-identità u l-favoriti tagħha fost il-pubbliku.



Is-serata tal-finali se tixxandar live u se tkun waħda mill-aktar programmi segwiti fuq it-televiżjoni Maltija, hekk kif il-pajjiż kollu se jkun qed isegwi b’interess min se jkun l-artista u l-kanzunetta li jerfgħu l-bandiera Maltija fuq il-palk internazzjonali.



Ritratti:

Facebook / Eurovision Song Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI