Illum Jean Pierre Debono u l-mara tiegħu Kirsty qed jiċċelebraw 12-il sena miżżewġin!
Fuq il-midja soċjali, Jean Pierre kiteb: “L-Anniversarju t-Tajjeb lil marti Kristy li kienet dejjem hemm fit-tajjeb u l-ħażin bħala l-blata tal-familja tagħna. 12-il sena ilu għidna IVA u hawn aħna llum, mal-prinċipessa tagħna Serena Dawn li hija l-ġawhra ta’ qalbna, u l-kisbiet matul din it-triq sabiħa fejn kellna t-tlugħ u l-inżul tagħna. Għal ħafna snin oħra fil-ġejjieni, l-iktar mara għażiża.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat fil-ġurnata speċjali tagħhom. Awguri mill-qalb!
Facebook/Jean Pierre Debono