Il-Ministru tal-Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, Silvio Schembri, qed jiċċelebra l-anniversarju taż-żwieġ tiegħu ma’ martu Deandra. Huma qed jiċċelebraw 12-il sena miżżewġin.
Il-Ministru Schembri kiteb post mill-isbaħ f’dan il-jum speċjali għalihom flimkien ma’ ritratt mill-isbaħ tagħhom flimkien fuq Facebook.
“12-il sena mill-ġurnata taż-żwieġ,” hu kiteb. “Grazzi ta’ mħabbtek u tas-sapport kontinwu li tagħti, mhux biss lili imma wkoll liż-żewġ anġli tagħna Zak u Faith. Inħobbuk bla tarf Deandra.”
Facebook/Silvio Schembri