13-il Persuna L-Isptar, B'Żewġ Pazjenti Fl-ITU Minħabba L-Covid-19

Fuq il-paġna tal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħareġ l-aħħar aġġornament dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta.

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 22 każ ġdid u fiequ 21 persuna oħra. Fortunatament ma kienx hemm imwiet. B’hekk, it-total ta’ każijiet attivi baqa’ ta’ 272. Fl-isptar b’kollox issa hemm 12-il persuna attiva għall-Covid-19 li qed jiġu rikoverati, u żewġ persuni fl-ITU.

Sal-bieraħ kien hemm 856,311 vaċċin ġie mogħti b’36,140 minnhom li ngħataw il-booster.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI