Kien propju bħall-bieraħ 13-il sena ilu, meta Malta kollha nħasdet b’ħoss li riegħed u damdam l-akkwata magħrufha bħala tax-Xwieki. Kien is-27 ta’ Ġunju tal-2007 meta 5 vittmi mietu traġikament waqt li kienu qed jippreparaw in-nar għall-festa għażiża ta’ pajjiżhom; dik ta’ Santa Elena.
F’ bosta paġni fuq facebook relatati ma’ Birkirkara u Santa Liena, ilbieraħ ngħatat tislima lil dawn il-vittmi.
Il-Vittmi kienu Vincent Galea ta’ 66 sena, Sunny Borg ta’ 31 sena, Carmel Farrugia ta’ 22 sena, Paul Bonnici ta’ 47 sena u Richard Cardona ta’ 23 sena. Insellmu l-memorja ta’ dawn il-vittmi…
Ritratt: Facebook/ Santa Liena u Birkirkara