Illum Liam Gray, it-tifel ta’ Lawrence u Maronia Gray, jagħlaq 13-il sena u b’hekk sar teenager! Hu twieled fis-17 ta’ Jannar tal-2013. F’dan il-jum speċjali, huma kitbulu messaġġ mill-isbaħ fuq Facebook.
“13-il sena ta’ mħabba bla kundizzjonijiet, 13-il sena ta’ ferħ,” huma kitbu. “Qalbi illum għalik ġurnata speċjali għax sirt teenager. Kompli aħdem u stinka u oħlom għal dak kollu li tixtieq u tħalli lil ħadd jiddubitak minn dak kollu li temmen fih int.”
“Aħna ħa nkunu dejjem hemm għalik għażiż tagħna. Kompli kun it-tifel umli, onest u b’qalb kbira. Tħalli lil ħadd ibbidlek għax int għalina u għal ħafna, int speċjali.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Liam f’dan il-jum speċjali.
Facebook / Marnia Gray