“14-il Sena Fil-Ġurnaliżmu Jieqfu Llum… Immur Fejn Immur Fil-Fond Ta’ Qalbi Se Nibqa’ Ġurnalist.” – Albert Gauci Cunningham

Albert Gauci Cunningham

Il-ġurnalist lokali Albert Gauci Cunningham ħabbar fuq il-profil tiegħu li ser ikun qed itemm 14-il sena fil-qasam tal-ġurnaliżmu. Hu jsemmi kif wasal s’hawn illum il-ġurnata, billi jirrakkonta l-bidu tal-karriera tiegħu.

“Waslet il-Bidla. 14-il sena fil-ġurnaliżmu jieqfu llum. Jew jieqfu għalissa! U kif taru!… esperjenza indimentikabbli, sabiħa u kerha fl-istess hin fil-media. Kemm coverages, kemm iltqajt ma nies – uħud genwini u oħrajn le.”

Jinsab kburi b’dawn l-14-il sena li qatta’ fil-qasam ġurnalistiku hekk kif jinsab sodisfatt li dejjem mexa mal-prinċipji tal-ġurnaliżmu.

“Nittama li fejn intlabt nagħti servizz tajtu u tajtu sew! Mort fejn mort u mmur fejn immur fil-fond ta’ qalbi se nibqa ġurnalist.”

Nawgurawlek mill-qalb, Albert!







Ritratti:

Facebook/ Albert Gauci Cunningham

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI