Puttinu Cares qasmu l-istorja ta’ Martina, li waqt il-vjaġġ xejn faċli li għaddiet minnu sabet dejjem lil Puttinu ta’ spalla.
Din hija storja tassew qawwija u mimlija kuraġġ. Martina qed taqsam mhux biss il-ġlieda li affaċċjat kontra l-kanċer, imma wkoll vjaġġ ta’ tkabbir, tama u dedikazzjoni.
“14-il sena ilu ġejt diagnosed b’kanċer stage 3, każ li s’issa ma rajniex ieħor bħalu f’Malta. Dak iż-żmien kelli 15-il sena. Kont għadni kemm tlift lil ommi u kont qed nipprepara għall-MATSEC. Minflok, sibt ruħi Rainbow Ward niddiskuti pjan ta’ kura fejn kelli ngħamel 3 xhurnf’ Sutton fl-appartamenti ta’ Puttinu.”
Il-mistoqsija li staqsiet lilha nnifisha — “għaliex jien le?” — hija waħda umana ħafna, u turi kemm kienet konxja tat-tbatija ta’ oħrajn. U propju minn hemm ġejja s-saħħa tagħha li tkun vuċi għal min għaddej minn esperjenzi simili.
Huwa wkoll sinifikanti li, minkejja li għaddew snin, il-biża’ u l-ansjetà għadhom hemm. Dan jagħmel l-istorja tagħha aktar reali u relatabbli. Il-fejqan mhux dejjem ifisser li kollox jgħaddi, imma li titgħallem tgħix u timxi ’l quddiem minkejja kollox.
Fl-aħħar, il-fatt li llum qed tgħix il-ħolma tagħha u li ssib unur fil-ħidma tagħha ma’ Puttinu juri kemm hi persuna b’qalb kbira u determinazzjoni kbira.
“Grazzi lilkom li dejjem kontu ta’ sapport tul din il-mixja tiegħi. Nibqa’ grata għal kull wieħed u waħda minnkom, u grazzi li għal sena oħra se terġgħu tappoġġjaw lil Puttinu Cares fil-Ġimgħa l-Kbira.”
Facebook/ Puttinu Cares