Fuq il-paġna ta’ Puttinu Cares, inkiteb messaġġ ta’ ispirazzjoni li juri kemm jagħmel ġid Puttinu.
Spjegaw, “14-il sena ilu ħajjitna nbidlet ta’ taħt fuq minħabba saħħa, Maria u jien kellna nitilqu kollox u mmorru l-UK għal tliet xhur sħaħ, għal trattament għal Maria. Għalkemm kien żmien iebes ħafna, kien hemm xaqq ta’ tama f’kollox, sibna lil Puttinu li mingħajr l-għajnuna tagħhom ma nafux x’konna nagħmlu. Li jkollok saqaf fuq rasek huwa serħan il-moħħ. Tassew li Rennie, Angele, u l-kumplament huma anġli mibgħuta minn Alla.”
Żiedu jgħidu, “Għalhekk jien u Maria qed ningħaqdu biex għada nkunu ġenerużi waqt il-ġabra tagħhom. Il-ftit mill-ħafna jgħin, u kif, biex ikomplu jirranġaw l-appartamenti l-ġodda u spejjeż li jinqalgħu. Illum il-ġurnata Marija hija mara determinate, tagħmel kuraġġ, u tgħin lil ħaddieħor.”
Inħeġġukom tagħtu d-donazzjonijiet tagħkom!
Facebook / Puttinu Cares