Ilbieraħ bdiet avventura ġdida fuq it-televiżjoni lokali hekk kif tajna bidu għal Big Brother Malta. 15-il parteċipant daħlu fid-dar ta’ Big Brother Malta biċ-ċans li jirbħu €50,000. Dak li jkun jista’ jsegwi lill-parteċipanti 24 siegħa kuljum permezz tal-live streaming jew inkella fuq il-kanal ta’ GO 247.
Hemm karattri interessanti li nistennew biex naraw kif se jiżvolġu fil-jiem u ġimgħat li ġejjin. Mhux se tkun faċli għalihom li jkunu hemm ġew bla kuntatt mad-dinja t’hemm barra iżda ċertament li ħa naraw kif se jkunu qed jgħixu din l-esperjenza.
Dawn huma l-parteċipanti tal-ewwel staġun ta’ Big Brother Malta!
Josline
Chanelle
Gabriel
Sean
Raisa
Ira
Claire
Kyle
Karl
Donna
Matthias
Jay
F’għajnejkom spikkaw xi karratri aktar minn oħrajn jew inkella tixtieq tara aktar biex isiru tafuhom aħjar?