It-tifla tad-DJ, preżentatur, mużiċist u kantant lokali Gianni Zammit illum tagħlaq 17-il sena. Waqt programm tar-radju jew intervisti Gianni mhux l-ewwel darba li jitkellem dwar dan l-irwol prezzjuż ta’ missier.
F’dan il-jum speċjali hu qasam ritratt ta’ bintu sabiex jawguralha l-isbaħ xewqat u jesprimi kemm iħobbha u kemm se jkun hemm għaliha għal dejjem. Bosta kkummentaw biex jawgurawlha u jagħtuha l-isbaħ xewqat.
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Kay l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha u sena mill-isbaħ, mimlija b’ħafna mħabba, ferħ u esperjenzi ġodda. Awguri Kay!
Facebook/ Gianni Zammit