Il-Membru tal-Parlament Ewropew Peter Agius kiteb dwar jum indimentikabbli f’ħajtu, meta twieled l-għażiż ibnu Achille, u għamlu missier. Achille fil-fatt huwa ibnu l-kbir.
“17-il sena ilu smajt il-bikja tiegħu għall-ewwel darba – il-kbir tiegħi li kabbrilna ħajjitna. Happy Birthday Achille,” jikteb Peter. Qasam anke ritratt flimkien miegħu għall-okkażjoni.
Bosta kitbu x-xewqat sbieħ tagħhom fis-sezzjoni tal-kummenti. Awguri mill-qalb Achille!
Facebook/ Peter Agius