Il-politikant Clifford Zahra Fenech tella’ video xejn sabiħ ta’ diversi siġar mejtin fl-akkwata ta’ Triq L-Industrija bejn l-Imrieħel u Santa Venera. Hu wera d-diżappunt tiegħu għal din in-negliġenza lejn is-siġar li aħna tant nieqsa minnhom.
“Dan fl-istess ħin li l-Ministru kien qed jiżgurana li ma jafx b’każijiet ta’ siġar imħawla minn IM “li qed imutu jew mietu!”” kiteb Clifford.
Hu żied jgħid li dan huwa mudell ta’ flus mormija, siġar nexfin, aktar sħana u arja inqas nadifa. “Malta jixirqilha aħjar,” huwa temm.
Diversi nies esprimew l-istess diżappunt fil-kummenti ta’ dan il-video.
Facebook/Clifford Zahra Fenech