203,000 Persuna Segwiet Big Brother Malta Nhar Il-Ħadd Li Għadda!

Nhar il-Ħadd li għadda beda l-vjaġġ tal-ewwel edizzjoni ta’ Big Brother Malta. Tista’ tgħid li matul dawn l-aħħar jiem kulħadd jitkellem dwar dan il-programm reality show, li ċertament seraq l-attenzjoni tat-telespettaturi.

Fuq il-paġna uffiċjali, it-tim kiteb dwar rekord li nkiser ta’ ammont ta’ telespettaturi li segwew Big Brother Malta.

“Big Brother Malta nhar il-Ħadd laħaq udjenza li kisret ir-rekord b’203,000 fuq il-pjattaformi kollha. Dan jagħmel il-programm bħala l-aktar programm segwit fuq l-istazzjonijiet tat-televiżjoni lokali kollha f’kull perjodu. Nistennew bil-ħerqa li nkomplu dan il-vjaġġ magħkom.”

X’inhu jagħmel Big Brother!





Facebook/ Big Brother Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI