21 Sena Ilu Ħalla Din Id-Dinja Papa Ġwanni Pawlu II

JP II

Proprju bħal-lum 21 sena, ħalla din id-dinja l-Papa Ġwanni Pawlu II, wieħed mill-iktar mexxejja Kattoliċi maħbub min-nies.

Żgur li wieħed mill-iktar mumenti traġiċi li qatt għadda minnu kien meta ħajtu ġiet mhedda bi sparatura lura fl-1981. B’xorti tajba, l-Papa kien irnexxilu jsalva dan l-attentat, u kien anke żar lill-aggressur tiegħu fiċ-ċella tal-ħabs u ħafirlu.

Il-Papa Ġwanni Pawlu miet fil-Apostolic Palace wara perjodu ta’ saħħa fraġli, waqt li eluf kienu miġbura barra, b’mod partikolari fi Pjazza San Pietru, jitolbu għalih fl-aħħar sigħat tiegħu.

Ftit qabel ma miet, huwa wassal messaġġ emozzjonali lil dawk preżenti, fejn għadda ringrazzjament.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI