Min qatt jista’ jinsa l-familja Cassar? Familja simpatika li rajniehom għall-ħafna snin! Kien proprju 21 sena ilu meta Lino Grech iddeċieda li jibda din is-sensiela tant għal qalb l-udjenza Maltija. Is-serje Simpatiċi.
Herman Bonaci Productions produċiet Simpatiċi għal diversi snin tant li rebħet award għal aktar drama li qatt damet u xxandret f’pajjiżna. Simpatiċi jaf il-bidu tiegħu minn fuq ONE, mexa għal fuq in-NET u spiċċa fuq TVM. Ilbieraħ din il-familja reġgħet iltaqgħet bhala reunion!
Ruth u Walter – ara kemm kibru! Baqa’ bl-ingravata!
Ruth, Joe, Dora u Jason! 21 sena ta’ differenza! Kemm kienu għadhom żgħar!
u ċ-ċkejkna Mariah li issa kibret!
Bilħaqq l-ispettur Leonard sar kummissarju fl-aħħar!
Minjad kemm kienet tieħu gost tara l-familja miġbura n-nanna Katrin!
Kienu karattri ħelwin li ġabu ħafna ferħ lil poplu Malti. Karrattri simpatiċi li magħhom dħakna u bkejna meta l-kelba Buttons kienet ħallietna! Fuq kollox Simpatiċi dejjem ser jibqa’ mnaqqax bhala l-aktar serje Maltija adattata għal udjenza kollha u simpatika f’Malta.
Rachel Micallef / Facebook