22 Tfal Jingħataw L-Għajnuna Biex Jesprimu Ruħhom Permezz Ta' Apparat Elettroniku Apposta

Il-paġna ta’ The Malta Trust Foundation għadha kemm għamlet ġest mill-aktar nobbli, fejn diversi tfal li jbatu biex jesprimu ruħhom ġew mogħtija għajnuna kbira biex dejjem jimmiraw biex jitgħallmu aħjar. “Il-ħajja ta’ 22 tfal li mhumiex verbali, minħabba diżabilitajiet bħall-awtiżmu, illum irċievew apparat elettroniku magħmul apposta għalihom li se jkun qed jgħinhom sabiex jikkomunikaw u jitgħallmu.”

Preżenti kien hemm Emeritus L-E.T. Marie Louise Coleiro Preca li fil-fatt kienet hi li tat lil dawn it-tfal dan l-apparat. “Din l-għodda se żżid l-interazzjoni soċjali tagħhom fl-iskola, ma’ sħabhom u mal-familja, filwaqt li tgħinhom jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom.”

Prosit tassew! Inizjattiva mill-aqwa!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI