S.T.A.N.D. Tat Kontribut Sabiħ Waqt Il-BOV Volleyball Marathon B’Wirja Tal-Arti B’Risq Id-Dar Tal-Providenza

L-organizzazzjoni S.T.A.N.D. (Striving Towards Ability Not Disability) kienet fost dawk li taw is-sehem tagħhom waqt il-BOV Volleyball Marathon, fejn tellgħet wirja tal-arti fl-MFCC b'appoġġ għad-Dar tal-Providenza.

Il-pubbliku kellu l-opportunità jammira u jixtri diversi xogħlijiet artistiċi li ħolqu l-membri tal-organizzazzjoni. Kull dħul mill-bejgħ tal-pitturi ngħata b'donazzjoni lil id-Dar tal-Providenza, biex ikompli jappoġġja l-ħidma tagħha.

S.T.A.N.D., organizzazzjoni mhux governattiva li ilha mwaqqfa għal aktar minn għoxrin sena, taħdem biex tippromwovi l-inklużjoni ta' persuni b'diżabilità fis-soċjetà, filwaqt li tenfasizza l-potenzjal u l-kapaċitajiet tagħhom.

L-inizjattiva kienet eżempju sabiħ ta' kif l-arti tista' sservi ta' mezz biex jinġabru fondi għal kawża importanti, filwaqt li tkompli xxerred il-messaġġ ta' inklużjoni u solidarjetà. Fl-aħħar nett, l-inizjattiva kienet suċċess ukoll mil-lat ta' ġbir ta' fondi, hekk kif il-wirja tal-arti ġabret €2,000 b'risq id-Dar tal-Providenza, biex tkompli tappoġġja l-ħidma siewja tagħha favur ir-residenti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI