L-attakki terroristi li seħħu fil-11 ta’ Settembru 2001, 23 sena ilu, kienu hijacks fuq l-ajruplani minn 19-il militant assoċċjati mal-grupp terrorist ‘al-Qaeda’ kontra l-Amerka.
Din il-ġrajja għadha tissejjah bħala l-agħar attakk terroristiku fl-istorja ta’ dan il-pajjiż. L-attakki f’New York u Washington, D.C. ikkawżaw biex imutu 2,750 persuna, id-19-il terrorist, u eluf oħra jsofru konsegwenzi fiżiċi u mentali.
L-istorja għadha tiżvolġi sal-lum il-ġurnata, hekk kif fl-aħħar snin żewġ vittmi oħra ġew identifikati permezz tad-DNA, li isimhom mhux qiegħed jixxandar b’ordni mill-familji rispettivi tagħhom.
Jum ikrah immens.