Malta sabet 24 każ ġdid tal-Covid-19 filwaqt li rkupraw 13-il persuna fl-aħħar 24 siegħa.
Dan ifisser li każijiet attivi issa huma 282. Tajjeb li ngħidu li ma ġiet irrapportata l-ebda mewta kawża tal-Covid-19. Mill-aħħar ta’ Diċembru ‘l quddiem ġew amministrati total ta’ 836,414 doża, 21,412 kienu dożi ta’ booster.
Fl-isptar hemm 8 persuni, u waħda minn dawn il-persuni jinsabu fl-ITU.