“27 Ta’ Jannar. Jum Il-Kommemorazzjoni Tal-Vittmi Fl-Olokawst” – Ġmiel Il-Pinna Maltija

Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna Ġmiel il-Pinna Maltija, tfakkret Jum il-Kommemorazzjoni tal-vittmi fl-Olokawst. Fuq il-paġna ġabu kwotazzjoni ta’ Anne Frank li turina kemm xorta kienet temmen li l-umanita`hija twajba, minkejja dak li sofriet.

Spjegaw, “27 ta’ Jannar. Jum il-Kommemorazzjoni tal-vittmi fl-Olokawst. Din hija frażi li Anne Frank kitbet fid-djarju tagħha, minkejja l-ħruxijiet li rat quddiem wiċċha – Minkejja kollox għadni nemmen li n-nies, fil-fond ta’ qalbhom huma tajbin.”



Qalu wkoll, “Anne Frank, waħda mill-vittmi tal-Olokawst saret famuża wara mewtha, meta ġie ppubblikat id-djarju tagħha li kitbet bejn l-1942 u l-1944 hija u tistaħba mill-Ġermaniżi. Dan il-ktieb kien ukoll ippubblikat bil-Malti.”





Ritratti:

Facebook / Ġmiel il-Pinna Maltija u Anne Frank

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI