Nhar is-Sibt li għadda Malta u Għawdex segwew bi ħġarhom il-finali tal-Malta Eurovision, fejn 12-il kanzunetta kkompetiet biex waħda tkun qed tirrappreżentana ġewwa Vjenna f’Mejju li ġej.
Kien hemm diversi artisti li kienu l-favoriti u jidher li l-Maltin u l-Għawdxin segwew u appoġġjaw lill-preferuti tagħhom.
Il-paġna uffiċjali Eurovision Song Malta ħabbret li 275,000 telespettatur segwew il-finali tas-Sibt. 160,000 kienu qed isegwu dirett minn madwar id-dinja fuq il-kanal ta’ YouTube tal-EBU, u dan jagħmlu l-aktar programm televiżiv segwit tal-istaġun.
Kien hemm żieda ta’ 90,000 telespettatur mis-semifinali għall-finali, hekk kif nhar il-Ħamis kienu 185,000 li segwew.
Facebook/ Eurovision Song Malta