3 Programmi Li Kulħadd Qed Jistenna Biex Jibda Jsegwi Mis-Sena D-Dieħla

Ftit jiem oħra se tkun qed tibda sena ġdida li matulha fit-televixin Malti se nkunu qed naraw taħlita ta’ sensiliet, uħud ġodda u oħrajn jissoktaw b’episodji ġodda, kif ukoll reality shows li fil-passat intlaqgħu tajjeb ferm mill-udjenza Maltija. Fost oħrajn hemm:

1. Big Brother Malta

Wara s-suċċess li dan ir-reality show kiseb matul din is-sena speċjalment bl-abbiltà li ta lill-udjenza sabiex issegwi 24 siegħa kuljum x’ikunu qed jagħmlu l-parteċipanti, it-tim tal-produzzjoni kien ħabbar li se tkun qed isseħħ edizzjoni oħra.

F’dan ir-reality show li jdum jixxandar 3 xhur sħaħ naraw 15-il kontestant li jidħlu fid-dar ta’ Big Brother Malta bil-għan li jkunu l-aħħar li jitilqu minnha u b’hekk jirbħu l-premju finali li fl-edizzjoni ta’ din is-sena spiċċa jammonta għal madwar €40,000 u kien intrebaħ mill-kontestant Jay.

Aktarx li fil-ġimgħat li ġejjin it-tim tal-produzzjoni se jkun qed jiżvela iżjed dettalji hekk kif din is-sena dan ir-reality show kien beda jixxandar f’Jannar stess.



2. Casa Ċelestina

L-istess pinna li matul dawn l-aħħar snin tat il-ħajja lis-sensiela Ta’ Gerit, issa se tkun qed tagħti l-ħajja lis-sensiela l-ġdida Casa Ċelestina.



Din is-sensiela se tkun qed tara s-sehem ta’ diversi atturi li wiċċhom huwa magħruf sew fix-xena lokali fosthom l-atturi Eileen Micallef, Louise Doneo, Nathalie Micallef, Lino Mintoff u tant oħrajn.

Is-sensiela mistennija tibda tixxandar proprju mis-6 ta’ Jannar fuq TVM.



3. Love Island Malta

Għar-raba’ darba fl-istorja tat-televixin Malti, is-sena d-dieħla se nkunu qed naraw għadd ta’ persuni jidħlu fil-villa ikonika ta’ Love Island Malta bil-għan li jsibu l-imħabba.

S’issa dan ir-reality show intrebaħ minn tlett koppji differenti u dawn kienu Allen u Chelsea, Clinton u Tamika, u din is-sena rebħu Evie u Matthew.

Dan ir-reality show is-soltu jibda xxandar minn Mejju.

Ritratti:

Instagram / Big Brother Malta u Facebook / CASA Ċelestina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI