It-tim tal-programm Awla qasam messaġġ mimli umoriżmu u affezzjoni fuq il-midja soċjali hekk kif awgura lill-preżentatur Ronald Vassallo u lil Amanda Pulo fit-tielet anniversarju tagħhom flimkien.
Ma’ ritratt tagħhom, it-tim tal-programm kiteb, "3 snin ilu... Hi sabet l-imħabba imma hu sab qaddisa... Awguri mit-tim ta' AWLA Ronald Vassallo u Amanda Pulo." Il-pubblikazzjoni ġabet magħha bosta kummenti ta’ awguri mingħand segwaċi tal-programm, li ngħaqdu biex jawguraw lill-koppja aktar snin ta’ mħabba, saħħa u ferħ flimkien.
Minn naħa ta’ Gwida, ningħaqdu wkoll fl-awguri tagħna lil Ronald u Amanda f’dan l-anniversarju speċjali, filwaqt li nawgurawlhom ħafna aktar mumenti sbieħ fis-snin li ġejjin.
Awguri mill-qalb!
Facebook / Ronald Vassallo