L-aħwa Sophie u Charlotte Debattista m’għandhom bżonn tal-ebda introduzzjoni, speċjalment fix-xena tal-mużika. Illum jaħbat għeluq snin il-kbira, Charlotte hekk kif għalqet 30 sena!
Missierha Goddo Debattista xtaq iħallilha messaġġ għall-okkażjoni fejn jesprimi t-tifkiriet sbieħ u l-memorji ta’ 30 sena ilu meta laqgħuha f’din id-dinja. Fil-fatt kienet l-ewwel wild għalih u bla dubju kien avveniment indimentikabbli.
“30 sena ilu ġejt milqugħa f’din id-dinja u bidditli ħajti. Inħobbok f’kull ġurnata u dejjem iżjed f’ta’ wara u f’ta’ wara u f’ta’ wara.” Hu xerred anke diversi ritratti ħelwin, b’wieħed minnhom jeħodna lura fis-snin.
Charlotte irrappreżentat lil pajjiżna fil-Junior Eurovision 2004 flimkien mal-grupp Young Talent Team bil-kanzunetta Power of A Song. Dakinhar magħha kien hemm il-kantanta Marilena wkoll, u fost iż-żeffiena kien hemm ħu Marilena Rodney Gauci kif ukoll Matthew Muxu Mercieca.
Awguri mill-qalb Charlotte!