Rappreżentanti tal-US Navy, US Marines, u l-ambaxxata tal-Istati Uniti ingħaqdu mal-fondazzjoni lokali Coast is Clear biex jiġbru l-iskart mill-bajja tal-Qawra. Din il-ġurnata kienet ta’ suċċess kbir għaliex bejniethom irnexxielhom jiġbru 305 kilos ta’ skart.
Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Coast is Clear kitbu, “305 kilos ta’ skart inġabar mill-kosta tal-Qawra fil-jum internazzjonali tal-baħar. Kienet ġurnata speċjali, ma’ persuni speċjali, nagħmlu affarijiet speċjali. Personalment, inħossni kburi li ħdimt ma’ rappreżentanti tal-Istati Uniti. Nirrispettakom u nirringrazzjakom tas-servizz tagħkom.”
View this post on Instagram
Nirringrazzjaw mill-qalb lill-voluntiera kollha li ddedikaw ħinhom biex inaddfu l-ġżejjer tagħna u jipproteġu l-baħar u l-bajjiet meraviljużi tagħna. Qegħdin jagħmlu tant ġid għal pajjiżna l-għażiż u għandna nieħdu l-ispirazzjoni mingħandhom biex inżommu l-bajja nadifa.
View this post on Instagram
Instagram / @coastisclearfoundation