"32 Sena Ta' Imħabba Mingħajr Kundizzjoni, Xogħol Bla Waqfien, Dedikazzjoni Biex Għamiltni R-Raġel Li Jien Illum" – Rudy Catania

L-attur Rudy Emmanuel Catania għadu kif tefa’ fuq il-profil tiegħu x-xewqat sbieħ għall-għażiża ommu, li propju llum jaħbat għeluq sninha! Rudy jibda minnufih jirringrazzjaha u juri l-apprezzament tiegħu lejn dak kollu li għamlet f’ħajjitha, l-aktar matul is-snin li rabbietu b’tant għożża u imħabba. 

“Grazzi ta’ 32 sena ta’ imħabba mingħajr kundizzjoni, xogħol bla waqfien, u dedikazzjoni biex għamiltni r-raġel li jien illum u talli dejjem tistinka biex ikollna familja magħquda.” 

Rudy jikteb dwar kemm hu kburi u kuntent li għandu lil ommu f’ħajtu. “Kieku kelli nerġa’ nitwieled għal miljun darba, u kelli ċ-ċans li nagħżel omm, terġa’ tkun int għal miljun darba.” Hu xerred anke ritratt ħelu flimkien magħha. Omm u iben mill-isbaħ. 

Minn qalbna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, ngħidu lil omm Rudy, Awguri!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI