"39 Sena Ilu Tlift L-Aktar Ġawhra Prezzjuża F'Ħajti…" – David C Attard Bajada Ifakkar Telfa Li Kien Ġarrab

L-istilista David C Attard Bajada xerred messaġġ li jġib memorja diffiċli ta’ dak il- jum meta tilef “l-aktar ġawhra prezzjuża”, ommu l-għażiża. 

David kellu biss 17-il sena meta għadda minn din l-esperjenza kiefra u għalkemm għadda żmien u l-weġgħa tibqa’ hemm, imħabbtu lejn ommu tibqa’ tissaħħaħ. “Kelli 17-il sena u kelli nikber mingħajrek. Kelli lit-tlett ħuti bniet x’nieħu ħsieb. Kont għadni wisq żgħir biex niġġieled battalji bħal dawn waħdi, biex nżomm sod, u biex nibki fis-skiet”. 

David jinsab ċert li ommu tinsab hemm fuq tħarsu f’kull pass li jagħmel. M’hemm l-ebda dubju li tinsab kburija bis-suċċessi li qed jikseb u bil-ħidma li kontinwament għaddej biha. 





Agħmel kuraġġ għażiż – u ibqa’ għamilha kburija bit-talenti sbieħ tiegħek!

Facebook/ David C Attard Bajda



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI