40,000 Doża Tal-Vaċċin Tal-Covid-19 Jintbagħtu Minn Malta Għal-Libja

Fuq il-profil tiegħu, id-DPM U Ministru tas-Saħħa Chris Fearne xeħet l-aħbar li Malta għada kif tat total ta’ 40,000 doża tal-vaċċin tal-Covid-19 lil-Libja. Fearne ippubblika wkoll xi ritratti li nġibdu waqt it-tabijja.

Apparti t-tilqima kien hemm ukoll 40,000 test rapidu biex jintuża fil-pajjiż. L-awtoritajiet Libjani rringrazzjaw lil Malta u l-awtoritajiet konċernati għal dan il-ġest. Fakkar li ħadd mhu sigur sakemm kulħadd ikun sigur, kif ukoll sejjaħ lil Malta bħala pajjiż mimlija solidarjetà għall-proxxmu.

Fearne kiteb li ninsabu magħqudin flimkien f’din is-sitwazzjoni kif ukoll fakkar li l-vaċċin tassew jaħdem. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI