43 Sena Mill-Attentat Ta’ Qtil Fuq Il-Papa Ġwanni Pawlu II

Kien it-13 ta’ Mejju tal-1981, f’Pjazza San Pietru, fejn folla kbira ta’ Nsara nġabbru għall-barka mill-Papa Ġwanni Pawlu it-II.

F’daqqa waħda, tiri ta’ pistola ġew sparati u ħasdu lil Ruma. Attentat ta’ qtil fuq il-Papa jispiċċa wieħed kważi fatali.

Il-Papa kien għaddej minn qalb il-folol bil-Popemobile miftuħ meta ntlaqat minn erba’ tiri sparati. Hu ntelaq f’dirgħajn l-assistenti tiegħu u b’ħeffa ttieħed l-isptar Gemelli f’Ruma fejn saritlu operazzjoni b’emerġenza.

Il-Papa għamel operazzjoni kritika, li damet iktar minn erba’ sigħat, li t-tobba ddeskrivew aktar tard dak il-lejl bħala “ta’ suċċess”.





Ftit ġimgħat wara, Ġwanni Pawlu II kien irkupra kompletament u fis-27 ta’ Diċembru tal-1983 huwa mar iżur lil Mehmet ta’ 23 sena fil-ħabs ta’ Rebibbia f’Ruma wara li ħafirlu ta’ għemilu. 

Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien ħalliena fit-2 t’April 2005. Jistrieħ fis-sliem.

Facebook/ The Message of Fatima



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI