“5 Snin Ilu Kellu Jagħmel Operazzjoni F’Qalbu… Illum Dik Il-Qalb Qed Tħabbat U Tinsab Mimlija Ħajja” – Il-Ġenituri Ta’ Adam

Adam huwa tifel bil-kundizzjoni tad-down-syndrome li proprju 5 snin ilu kellu jagħmel operazzjoni kbira f’qalbu. Dalgħodu l-ġenituri tiegħu fakkru dan il-mument diffiċli f’ħajjithom.

Fuq il-midja soċjali huma jfissru kif dakinhar tal-operazzjoni d-dinja tagħhom waqfet ħesrem u jiftakru fit-tbatija li għaddew minna meta qattgħu sigħat jistennew fi skiet taqtgħu b’sikkina sabiex jaraw x’kien se jkun ir-riżultat ta’ din l-operazzjoni tant serja.

Illum, b’xorti tajba, qalb iċ-ċkejken Adam qed tħabbat u tinsab mimlija ħajja hekk kif l-operazzjoni kienet waħda ta’ suċċess.

Il-ġenituri ta’ Adam jistqarru li huma għadhom sal-lum il-ġurnata jqisu dan is-suċċess bħala opportunità ġdida għal binhom sabiex jerġa’ jibda jgħix mill-ġdid.







Ritratti:

Facebook/ I Am ADAM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI