L-attriċi lokali Rita Camilleri, fuq il-mezzi soċjali, isellem lill-għażiża oħtha li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem ħabta u sabta ħames snin ilu. Telfa li żgur ħasdet lill-familja kollha ta’ Rita, telfa li qatt ma kienu qed jistennew.
Hi tikteb, “5 snin mingħajr it-tbissima tiegħek, mingħajr il-parir tiegħek, mingħajr it-telefonati tagħna ta’ kuljum. Ċerti ġranet huma daqstant diffiċli mingħajrek għażiża oħti, kemm nixtieq nista’ ngħannqak darba oħra. Nimmissjak tant. Sa ma nerġgħu niltaqgħu. Inħobbok oħt.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, insellmu l-memorja ta’ oħtha Anna li ninsabu ċerti li qiegħda magħha f’kull pass. Strieħ fis-sliem!