“54 Sena Qassis! Ad Multos Annos. Illum Nifirħu U Nitolbu Għal Fr Charles Abela” – Il-Parroċċa Ta’ Marsaskala

Il-Parroċċa ta’ Marsaskala awguraw lil Fr Charles Abela ta’ 54 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom.

Huma kitbulu, “54 sena qassis! Ad Multos Annos. Illum nifirħu u nitolbu għal Fr Charles Abela, ex-kappillan tal-parroċċa tagħna, f’għeluq il-54 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Nirringrazzjawh tas-servizz li jagħti fil-parroċċa tagħna kif ukoll fir-residenza ta’ San Vincenz De Paul.”



Dan il-messaġġ qala diversi kummenti sbieħ ta’ tifħir, fosthom persuna li qalet, “Kemm kont napprezza meta kont nisma’ l-quddiesa tiegħu.” U Persuna oħra li qalet, “Awguri, lilna żewwiġna 47 sena ilu.”



Dawn il-kummenti jġiegħluna nirriflettu dwar kemm għamel ġid Fr Charles Abela matul dawn l-54 sena bħala saċerdot, u kemm miss qlub ta’ nies twajba.

Nawgurawlu f’din l-okkażjoni speċjali.



Ritratti:

Facebook / Marsaskala Parish

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI