B’messaġġ mimli riflessjoni u gratitudni, Angela Coleiro qasmet fuq il-midja soċjali ħsibijietha hekk kif illum, 11 ta’ Marzu, tagħlaq 59 sena.
Fil-messaġġ tagħha, Coleiro qalet li filwaqt li hemm min jiddejjaq jgħid kemm għandu snin jew jixtieq li kien iżgħar fl-età, hija tħares lejn kull birthday bħala barka.
Hija spjegat li matul ħajjitha għaddiet minn ħafna sfidi u għadha għaddejja minnhom, bħalma jgħaddu ħafna nies oħra.
“Bħal ħafna oħrajn, għaddejt minn ħafna f’hajti, u għadni għaddejja ! Imma għalija kuljum nipprova niċċelebra l-ħajja, minkejja li ħajti mhux faċli, u qatt ma kienet. M’għandix ħafna flus, u ġojjelli mma għall-grazzja t’Alla għandi familja tħobbni, u nies jirrispettawni.”
Filwaqt li ċċelebrat il-59 sena tagħha, hija rringrazzjat lil Alla talli taha sena oħra ta’ ħajja. Bi ħsiebha tiċċelebra din il-ġurnata b’mod sempliċi, filwaqt li tapprezza kull minuta, siegħa, xahar u sena li jkollha quddiemha.
Il-messaġġ tagħha kien wieħed ta’ gratitudni u apprezzament għall-affarijiet sempliċi tal-ħajja.
Facebook/ Angela Coleiro