“6 Snin Ilu, Bdejna Vjaġġ Sabiħ Flimkien” – Dr Lydia Abela Tfakkar Is-Sitt Anniversarju Minn Meta Robert Abela Laħaq Prim Ministru

Dr Lydia Abela fakkret is-sitt anniversarju minn meta Robert Abela laħaq Prim Ministru ta’ Malta, permezz ta’ messaġġ emozzjonanti li qasmet fuq il-midja soċjali.

Hi kitbet kif dan il-mument immarka l-bidu ta’ vjaġġ speċjali għall-familja tagħhom, u ddeskrivietu bħala waħda mill-isbaħ u l-aktar esperjenzi importanti f’ħajjithom. Fil-messaġġ tagħha, Dr Abela qalet li hi, Robert u binthom Giorgia Mae jibqgħu grati għall-fiduċja u l-imħabba li jirċievu mingħand il-poplu Malti u Għawdxi.

Hija saħqet li jibqa’ ta’ unur kbir għalihom li jkollhom iċ-ċans li jservu, filwaqt li rringrazzjat lil dawk kollha li baqgħu jemmnu u jappoġġjaw dan il-vjaġġ matul dawn l-aħħar sitt snin.

Fl-istess messaġġ, Dr Lydia Abela ħabbret ukoll li nhar il-Ġimgħa filgħaxija se ssir laqgħa fil-Cottonera Sports Complex, fejn mistennija jiltaqgħu ma’ bosta persuni f’dak li jidher li se jkun mument ieħor ta’ ċelebrazzjoni u riflessjoni fuq il-mixja politika ta’ dawn l-aħħar snin.







Ritratti:

Facebook / Lydia Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI