Jidher li tul l-aħħar 24 siegħa saur ‘l fuq minn 800 test fejn minnhom ma ħareġ l-ebda każ pożittiv għall-Covid-19 ġo pajjiżna. L-aħbar pożittiva hi li kien hemm żewġ persuni oħra li rkupraw minn dan il-virus biex b’hekk in-numru ta’ każi attivi f’pajjiżna hu ta’ 13.
Skont l-istatistika jidher biċ-ċar li l-irġiel huma aktar suspettabbli li jiġu infettati b’dan il-virus, dan għaliex għalkemm f’Malta l-popolazzjoni tan-nisa hija ikbar skont l-aħħar stħarriġ li sar, ftit aktar minn 60% tal-każi tal-Covid-19 kienu fuq irġiel.
Il-persentaġġ ta’ nisa li qabadhom dan il-virus hu ta’ ftit aktar minn 39%. Pajjiżna jkompli għaddej fil-ġlieda kontra dan il-virus. Importanti li nibqgħu nieħdu l-miżuri preskritti mid-dipartiment tas-saħħa ħalli nkomplu nirbħu fuq din il-ġlieda.