Fuq il-midja qed tixxandar l-aħbar li 65 mill-94 immigrant li waslu Malta lbieraħ, irriżultaw pożittivi għall-Covid-19. Iżda baqa’ wkoll 9 riżultati x’joħorġu li mistennija joħorġu aktar tard illejla.
Il-Gvern ħabbar li hija proċedura normali li l-immigranti li jaslu bil-baħar jinżammu immedjatament fi kwarantina ta’ 14-il jum.
Dawn il-persuni se jibqgħu f’iżolament f’Ħal Far Reception Centre.
Nagħmlu moħħna hemm!
Ritratt: Libyan Express.com