Uffiċjalment illum l-ewwel ġurnata fejn ġiet imneħħija l-istat tal-emerġenza tas-saħħa pubblika. Skont il-paġna ‘Saħħa’ illum minn 1135 Swab li ttieħdu lbieraħ, irriżulta każ wieħed biss pożittiv. Iżda 7 każijiet fiequ mill-Covid-19.
B’hekk f’Malta għannda lanqas każijiet pożittivi li qatt kellna f’dawn l-aħħar xhur. 15-il każ attiv biss! Grazzi kbira lill-ħaddiema tas-saħħa li qed ikomplu jaħdmu bla waqfien.