Skont is-sezzjoni ppjanata tal-Enemalta dwar il-qtugħ tad-dawl fuq is-sit tagħhom, partijiet minn dawn is-seba’ lokalitajiet se jkunu qed jesperjenzaw xi qtugħ tad-dawl skedat għada l-Erbgħa 2 ta’ Diċembru. Il-ħinijiet ivarjaw, bix-xogħlijiet kollha jibdew filgħodu u jdumu ftit sigħat jew jiġġebbdu wara nofsinhar.
Hawn huma l-lokalitajiet:
- Floriana bejn il-5:00 u d-9:00
- Għargħur bejn is-6:00 u s-14:00
- Ir-Rabat bejn it-8:00 u s-14:00
- San Pawl il-Baħar bejn it-8:00 u s-14:00
- Iż-Żurrieq bejn it-8:00 u s-13:00
- Mġarr bejn it-8.30 u s-13:30
- San Gwann bejn it-8:00 u l-11.30
L-Enemalta għandha wkoll servizz ta’ twissija bl-SMS li jibgħat messaġġ b’informazzjoni dwar qtugħ tad-dawl fil-viċinanzi lil kull min jissottoskrivi. Tista’ tirreġistra HAWN.
Ikklikkja HAWN biex tiċċekkja liema toroq speċifiċi se jiġu affettwati.