L-università ta’ Northumbria fi Newcastle f’Ingilterra għadha kif ħabbret li 770 student għadhom kif irriżultaw pożittiv għall-Coronavirus. Minn dawn kollha, 78 biss ħassew is-sintomi.
L-istudenti issa huma kollha iżolati. Apparti minn hekk, il-“flatmates” tagħhom u kwalunkwe persuna li għamlu kuntatt mill-qrib huma wkoll iżolati għal 14-il jum skont il-gwida tal-gvern u ġew avżati biex jikkuntattjaw NHS119 biex jibbukjaw test kemm jista’ jkun malajr jekk iħossu s-sintomi.