Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 79 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li saru 2,944 test fl-aħħar 24 siegħa.
Il-gżejjer irreġistraw 144 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 15,567 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 2,545. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 18,385 każ u wettqet 624,370 test.
B’xorti tajba, il-gżejjer ma rreġistraw l-ebda mewt fl-aħħar 24 siegħa, jiġifieri t-total ta’ mwiet f’Malta huwa ta’ 273.
Il-post innotat ukoll li sal-bieraħ, 3 ta’ Frar, 31,633 doża tal-vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 5,410 minn dawn kienu t-tieni dożi.
Facebook / Saħħa