Illum huwa jum importanti ħafna għal Malta hekk kif qed niċċelebraw Jum il-Vitorja. Il-kunsillier taż-Żejtun Sean Chircop, kiteb silta interessanti dwar dan il-jum u r-rabta mar-raħal taż-Żejtun.
“Jum li jfakkar ir-rebħa tal-Assedju, fejn iż-Żejtun, l-aktar l-inħawi ta’ Triq San Ġwann għandhom rabta ma’ dan l-episodju,” hu kiteb.
“Fid-19 ta’ Mejju, 1565 l-armata Torka daħlet bl-attakk minn Marsaxlokk biex wassal għal dak li għadu magħruf sal-lum bħala l-Assedju l-Kbir. Iż-Żejtun kellu rwol importanti waqt l-Assedju l-Kbir, hekk kif l-ewwel attakki saru fl-inħawi ta’ Ħal Ġwann, dak li llum hi Triq San Ġwann. Hawnhekk saru l-ewwel ġlied u anki l-ewwel ħtief.”
“Fejn hawn kellna l-ewwel tliet martri tal-Assedju l-Kbir, Mesquita, Faraone u De la Riviere.”
Din L-Art Ħelwa/Facebook-Sean Chircop