Carmel Pace, ir-raġel ta’ Miriam kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu status ta’ qsim il-qalb. Ġa għaddew tmien xhur minn dik il-ġurnata kerha fejn Miriam, omm ta’ żewġt itfal intradmet ħajja taħt it-tifrik ta’ darha stess.
Carmel kiteb, “8 xhur li fiżikament m’għadekx miegħi. Mir mhux tort tagħna li nfridna… Kemm ħdimna u ħsibna flimkien biex iż-żwieġ tagħna jibqa’ ħaj u sabiħ. Bla tlaqliq nista’ ngħid li rnexxielna, sakemm minħabba l-egoiżmu u r-rebgħa għall-flus lilek radmuk taħt borġ ġebel u rnexilhom jifirduna. Firduna fiżikament biss, ghax int tibqa’ għal dejjem f’qalbi u f’moħħi.”
Hu jkompli jikteb, “Issa nistennew biss. Stennija li l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha. Stennija li jiġu ppublikati r-riformi mwegħda. Stennija li tinstema’ l-karba tagħna biex issir inkjesta pubblika għalkemm qed nikkonvinċi ruħi li lanqas biss ġiet ikkunsidrata.”
Bl-ikltar mod sinċier Carmel jikteb, “L-akbar stennija hi li nerġgħu niltaqgħu u ngħannqu lil xulxin. Il-vojt li ħallejt huwa kbir wisq. Dan l-aħħar ġietni tentazzjoni. Ma nafx għalfejn, iżda ħin minnhom ġie n-numru tiegħek fuq il-mobile u ttantajt li nċempillek. Emozzjonijiet imħallta. Naf fiċ-ċert li mhux ħa tirrispondi iżda fl-istess ħin bdejt nittama xorta li nisma’ leħnek.”
“Ovvjament kulma ġie lura kien leħen ta’ mara kieku, ‘the person you’re calling is not in a position to respond,’ mank kont tista’ tirrispondini, min jaf kemm dħakt bija. 8 xhur li ma għaddietx minuta minnhom li ma naħsibx fik. F’kulma nagħmel u f’kulma naħseb dejjem nevalwa kif kont taħsiba int ukoll. Daqs li kieku għadni nistenna l-pariri siewja tiegħek.”
Carmel jagħlaq billi jgħid, “Iva ħi, ghandna hafna uġigħ – uġigħ ghax tibda tara l-mostru tar-regħba jqajjem rasu u jiġi jitnejjek mid-diżastru li ġab lil din il-familja għażiża tagħna.Kun l-anġlu Kustodju tal-għeżież uliedna u taffilhom l-imrar li ġà daqu. Inħobbok Mir…”
Facebook / Carmel Pace