Il-Paġna tal-Kappuċċini jtellgħu filmat tassew ħelu b’messaġġ sabiħ u modern. Fih naraw lill-qassis Father Mark fejn jgħid,“San Franġisk t’Assisi, bniedem bħali u bħalek. Għex ħajtu Għalih.”
Bi tbissima jżid, “The original bro!”
Ikompli, “ San Franġisk t’Assisi iċin tiegħek. Top il-full. Għalhekk għadna hawn, nagħmillek?”
San Franġisk t’Assisi twieled fl-1181 jew 1182 f’Assisi, l-Italja, f’familja sinjura ta’ negozjanti. Wara żmien ta’ ġid u ħolm ta’ glorja militari, esperjenza konverżjoni profonda li wasslitu jirrinunzja għall-ġid materjali u jgħix ħajja ta’ faqar radikali. Huwa waqqaf l-Ordni tal-Franġiskani fl-1209, ibbażat fuq sempliċità, umiltà u servizz lejn il-foqra. San Franġisk kien magħruf ukoll għall-imħabba tiegħu lejn in-natura u l-ħolqien, u għalhekk spiss jitqies bħala l-qaddis tal-ambjent. Miet fl-1226, iżda l-messaġġ tiegħu ta’ paċi u fraternità baqa’ ħaj sal-lum.