Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna tal-Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Saħħa, Malta rreġistrat 29 każ ġdid tal-Covid-19 wara li saru 2,116 swab fl-aħħar 24 siegħa. L-aħbar sabiħa hi li fiequ 85 persuna.
B’hekk s’issa irkupraw total ta’ 2,484 u l-għadd ta’ każijiet attivi niżel għal 517. Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 3,035 każ u twettqu 251,772 test. Sinjal tajjeb li l-każijiet attivi komplew neżlin. Ovvjament importanti li wieħed jibqa’ jimxi mal-miżuri maħruġa mill-awtoritajiet tas-Saħħa.