“9 Snin Fuq Ir-Radju Illum” – Jake Cuschieri Jfakkar Dan Il-Jum Li Fetaħlu L-Bieb Għall-Opportunità Mill-Aqwa!

Il-preżentatur Jake Cuschieri qed jiċċelebra disa’ snin minn meta ngħaqad mal-familja ta’ Bay u beda jippreżenta fuq ir-radju. Illum iwasslilna l-programm tal-artisti Maltin kull nhar ta’ Tnejn fuq l-istess stazzjon.

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu hu jikteb, “Nagħlaq 9 snin fuq ir-radju llum. Grat għall-vjaġġ u l-appoġġ matul is-snin. Ħerqan għal dak li jmiss.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlek l-isbaħ xewqat Jake! Nittamaw li tkompli għaddej f’din it-triq u dejjem tkompli temmen u tagħti spazju lit-talent Malti. Talent li żgur kapaċi jikeb u jimraħ ħafna!

Awguri mill-qalb! Ċerti li l-enerġija pożittiva tiegħek ħa tkompli twassalha lis-semmiegħa bl-aħjar mod possibbli. 





Facebook / Jake Cuschieri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI